Nissieħbu mal-grupp Panoramio ta’ generations@school Żid ir-ritratti tiegħek fuq generations@school Aħna rridu li kulħadd jara l-affarjiet sbieħ li ġraw fl-avveniment tiegħek ta’ generations@school, u għaldaqstant ħloqna gallerija għar-ritratti tiegħek. Ikun ta’ pjaċir kbir għalina jekk iżżid ir-ritratti tiegħek hawnhekk! Meta taqsam l-esperjenzi u r-ritratti mill-proġett tiegħek mal-oħrajn, tkun qed tipparteċipa wkoll f’kompetizzjoni Ewropea. Jingħata premju għal kull pajjiż għall-iktar proġett ta’ generations@school li jispikka. Il-ġurija tagħżel lir-rebbieħ skont ir-Regoli Uffiċjali spjegati firriżors “Ir-Regoli għall-Kompetizzjoni ta’ generations@school” fuq dan is-sit. Huwa faċli ħafna li taqsam magħna r-ritratti tiegħek. Se nagħtuk ftit pariri hawn taħt biex ngħinuk waqt il-proċess.
Biex tiftaħ kont Biex iżżid ir-ritratti tiegħek fil-gallerija generations@school tagħna, kulma trid tagħmel hu li ttella’ ir-ritratt/i tiegħek fil-Panoramio u tissieħeb mal-grupp generations@school tagħna. Biex tiftaħ kont ma’ Panoramio, żur is-sit http://www.panoramio.com/. Ikklikkja fuq Sign up (Irreġistra) fir-rokna fl-għoli fuq il-lemin u aqra l-istruzzjonijiet – huwa proċess rapidu u faċli ħafna. PARIR: Il-user name tiegħek Il-user name tiegħek għandu jkun l-isem tal-iskola tiegħek u l-pajjiż li tinsab fih. Eżempju: L-Iskola Greenfield, l-Ingilterra
Żid ir-ritratti tiegħek Ladarba jkollok kont, ikklikkja fuq Upload your photos (Tella’ r-ritratti tiegħek) u tkun tista’ tagħżel ir-ritratti mill-kompjuter tiegħek biex iżżidhom fl-ispazju tiegħek.. PARIR: Il-format u d-daqs tar-ritratti Id-daqs massimu tar-ritratti tiegħek huwa 200 KB. Use .jpeg, .bmp, .tif or .png files. Do not use .pdf and gif files as they will not upload
1
PARIRI: Daħħal l-informazzjoni għal mar-ritratt tiegħek Ladarba r-ritratt tiegħek jiġi mtella’, tista’ tikklikkja fuq il-kaxxa fuq il-lemin tar-ritratt sabiex iżżid titlu, deskrizzjoni jew tag u poġġih fuq il-mappa. Titlu It-titlu għar-ritratt tiegħek għandu jkun: L-iskola, l-isem tal-proġett, il-belt/raħal, il-pajjiż, id-data. Eżempju: L-Iskola Greenfield, l-isem tal-proġett, Londra, l-Ingilterra, 24.03.12 Żid deskrizzjoni Fil-kaxxa “Żid deskrizzjoni”, tista’ tiddeskrivi r-ritratt tiegħek. Biex tgħin lil ħaddieħor jifhem dak li għamilt u biex tgħinna nagħżlu “skola li tispikka” f’kull pajjiż, jekk jogħġbok żid ftit sentenzi fuq dak li ġara f’kull ritratt u dak li tgħallmu l-istudenti u l-mistiedna tiegħek dwar ġenerazzjonijiet differenti waqt l-attività. Tinsiex tgħidilna kif tista’ tuża l-premju tiegħek jekk tingħażel bħala l-iktar skola li spikkat f’pajjiżek. Suġġeriment : Biex tara x’qed tikteb fil-kaxxa meta l-kliem jibda “jisparixxi” agħfas il-buttuna bilvleġġa l’ isfel fuq il-kompjuter tiegħek. Tags: Itteggja r-ritratt generations@school tiegħek Poġġi r-ritratt tiegħek fuq il-mappa Waħda mill-aktar affarjiet eċitanti dwar il-gallerija Panoramio hi li tista’ tqiegħed l-iskola tiegħek fuq il-mappa! Biex tagħmel dan, ikklikkja Map this photo (Poġġi fuq il-Mappa) fuq il-lemin tal-paġna. Se tintalab tfittex il-lokalità u ladarba tkun sibt l-iskola, tista’ tmexxi r-ritratt tiegħek mill-kolonna taxxellug u tqiegħdu fil-post it-tajjeb fuq il-mappa. Kun żgur li tagħfas Done (Lest) f’qiegħ il-kolonna fuq ix-xellug ħalli r-ritratt tiegħek jiġi ssejvjat fuq il-mappa.
Insejt iżżid xi informazzjoni? Tinkwetax, jekk insejt iżżid titlu jew kumment, tista’ tmur fuq Your Photos (Ir-Ritratti Tiegħek), u tikklikkja fuq ir-ritratt li miegħu trid iżżid xi informazzjoni. Biex iżżid jew tibdel ittitlu, ikklikkja fuq il-kaxxa tat-titlu fuq ir-ritratt u biddel. Biex iżżid kumment, ikteb filComment box (Kaxxa tal-Kummenti) f’qiegħ il-paġna. Jekk insejt iżżid ir-ritratt tiegħek filmappa, tista’ tikklikkja fuq Map this photo (Poġġi fuq il-Mappa) fuq il-lemin tar-ritratt tiegħek. Jekk tixtieq iżżid tag, mur fuq Your Photos (Ir-Ritratti Tiegħek). Mur fuq Organize with tags (Organizza bit-tags) fil-kolonna fuq il-lemin. Jew żid tag ġdida fil-kaxxa Create tag (Oħloq tag ) u kklikkja Apply (Applika) jew inkella uża tag li diġà għandek u kklikkja Apply (Applika). Irritratti tiegħek li diġà m’għandhomx dik it-tag isiru bojod – ikklikkja fuq dawk li trid titteggja u mbagħad agħfas Done (Lest) ħdejn it-tag fit-taqsima Organize with tags (Organizza bittags) fil-kolonna fuq il-lemin.
2
Issieħeb mal-grupp generations@school tagħna biex taqsam ir-ritratti tiegħek mal-oħrajn Ladarba tkun tellajt ir-ritratt/i tiegħek u żidt l-informazzjoni li trid taqsam mal-oħrajn, l-iktar ħaġa importanti li trid tagħmel hija li tissieħeb mal-grupp generations@school. Ikklikkja fuq Groups (Gruppi) (fil-bidu tal-paġna) u uża l-kaxxa tat-tiftix (f’qiegħ il-paġna) biex issib il-grupp generations@school. Ikklikkja fuq generations@school. Ikklikkja fuq Join Group (Issieħeb mal-Grupp) fil-bidu tal-paġna generations@school. Se tintalab tikklikkja fuq wieħed mir-ritratti tiegħek biex iżżidu mat-talba tiegħek biex tissieħeb mal-grupp. Kif tkun għamilt dan, ikklikkja fuq Send Application (Ibgħat l-Applikazzjoni) f’qiegħ il-paġna u aħna nkunu nistgħu nżiduk mal-grupp generations@school. Meta nkunu żidniek mal-grupp tagħna, għandek tirċievi email li javżak li sirt membru talgrupp. Issa tista’ żżid ir-ritratti tiegħek mal-grupp generations@school.
Żid ir-ritratti tiegħek mal-grupp generations@school Idħol fil-kont Panoramio tiegħek. Jew ikklikkja fuq generations@school taħt Your groups (Il-Gruppi Tiegħek) jew ikklikkja fuq Groups (Gruppi) fuq il-buttuna fil-bidu tal-paġna u agħżel generations@school minn Your groups (Il-Gruppi Tiegħek). Ikklikkja fuq Add photos (Żid ir-Ritratti) fuq il-lemin ta’ Group photos (Ritratti fil-Grupp). Agħżel ir-ritratti li tixtieq iżżid u kklikkja fuq Add selected (Żid il-magħżulin). Ir-ritratt/i tiegħek issa se jidher/jidhru bħala parti mill-grupp u kulħadd se jun jista’ jarah u se jkollok iċ-ċans li tirbaħ it-titlu tal-iktar proġett generations@school li jispikka f’pajjiżek! Tista’ tara wkoll x’kienu qed jagħmlu skejjel oħrajn madwar l-Ewropa billi tinżel l’ isfel qalb irritratti fil-grupp jew tikklikkja fuq See on the map (Ara fuq il-Mappa) fuq il-paġna tal-grupp generations@school. Għandek xi problema? Xi mistoqsija? Ikkuntattjana fuq
[email protected] u aħna ngħinuk!
3
Permess għall-użu tar-ritratti Tinsiex iġġib permess mingħand il-persuni kemm kbar u żgħar tal-grupp tiegħek sabiex ittella’ r-ritratti tiegħek fuq is-sit tal-grupp Panoramio ta’ generations@school li se jidhru fuq is-sit EY2012 kif ukoll fuq siti ta’ proġetti relatati oħrajn. Għal tfal taħt it-18 –il sena, huwa importanti li jaħsbu dwar il-permess tal-ġenituri. Skejjel differenti għandhom modi differenti ta’ kif jiksbu l-permess tal-ġenituri biex jaqsmu r-ritratti mal-oħrajn. Aħna inkludejna eżempju ta’ formula għall-permess għall-użu tar-ritratt li tinsab hawn taħt f’każ li trid tuża lilha: Awtorizzazzjoni għall-użu ta’ ritratt Fil-kuntest tal-proġett generations@school, organizzat fi ħdan il-qafas tas-Sena Ewropea għat-Tixjieħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012, l-iskola _________ (isem tal-iskola) se twettaq sessjoni ta’ djalogu bejn l-istudenti ta’ ________ (livell edukattiv) u persuni anzjani. Il-proġett generations@school li huwa ġestit minn P.A.U. Education għall-Kummissjoni Ewropea, juża s-siti tal-internet http://europa.eu/active-ageing-2012 u http://www.panoramio.com sabiex ixerred lattivitajiet interġenerazzjonali tal-iskejjel madwar l-Ewropa li jkunu ħadu sehem fl-inizjattiva. Fuq dawn is-siti jistgħu jiġu ppubblikati ritratti fejn jidhru persuni minorenni, weħedhom jew fi grupp, waqt l-attivitajiet imsemmija hawn fuq. L-iskola __________ (isem tal-iskola), f’isem il-proġett generations@school, titlob il-kunsens talġenituri jew tal-gwardjani legali sabiex tippubblika ritratti, kemm fuq is-siti msemmija kif ukoll f’pubblikazzjonijiet relatati mal-proġett u fl-istess skola, li fihom jidher/tidher it-tifel/tifla tiegħek u li fihom jista’/tista’ jiġi/tiġi identifikat/a b’mod ċar. Isem tal-missier/omm/gwardjan legali: _________________missier/omm/il-gwardjan legali talistudent: __________________________________. □ NAWTORIZZA li binti/ibni tiġi/jiġi jidher fir-ritratti relatati mal-attivitajiet organizzati mill-iskola __________ (isem tal-iskola) u jiġu ppubblikati fuq is-sit/i http://europa.eu/active-ageing-2012 u http://www.panoramio.com, f’pubblikazzjonijiet relatati mal-proġett generations@school kif ukoll flistess skola. □ MA NAWTORIZZAX li binti/ibni tiġi/jiġi jidher fir-ritratti relatati mal-attivitajiet organizzati milliskola __________ (isem tal-iskola) u jiġu ppubblikati fuq is-sit/i http://europa.eu/active-ageing-2012 u http://www.panoramio.com, f’pubblikazzjonijiet relatati mal-proġett generations@school kif ukoll fl-istess skola.
Firma, ___________, post_______, data ______________ 2012
4