l
hl o cs
gene
ns o i t a r io gene r a t
o cho
@s
s@ n
1
L-IMPORTANZA LI TAĦDEM MA’ ĠENERAZZJONIJIET DIFFERENTI FIL-KLASSI
L-Unjoni Ewropea għażlet is-sena 2012 biex tkun Is-Sena Ewropea għat-tixjiħ attiv u għassolidarjetà interġenerazzjonali. Din is-Sena għandha l-għan li tqanqal aktar sensittività dwar ilkontribut tal-persuni anzjani u tippermettilhom iżommu rwol attiv biex igawdu s-saħħa.
Noħolqu r-rabta interġenerazzjonali fl-iskola L-għan tas-Sena Ewropea għat-tixjiħ attiv u għassolidarjetà interġenerazzjonali iħeġġeġ ukoll lil min jiddeċiedi dwar il-politiki u lill-atturi konċernati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi faċilitat it-txjieħ attiv u tiġi msaħħa s-solidarjetà interġenerazzjonali fil-livelli kollha. Mill-2009, id-29 ta’ April huwa l-Jum Ewropew għassolidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Il-proġett generations@school: Fil-qafas tal-azzjonijiet tas-Sena 2012, nistidnukom tiddedikaw dan il-jum ta’ solidarjetà interġenerazzjonali 2012 għat-tlaqqigħ flimkien bejn l-istudenti u l-persuni anzjani sabiex jiftħu djalogu fuq xi jfisser tikber u tixjiħ, u biex tirriflettu fuq kif iżżgħażagħ u dawk inqas żgħażagħ jistgħu jgħinu lil xulxin ħalli jtejbu ħajjithom. Il-ġimgħa tad-29 ta’ April, fi ħdan il-proġett tas-Sena 2012 generations@school, l-iskejjel tal-Ewropa kollha huma mistiedna jiftħu l-bibien tal-klassijiet tagħhom għall-persuni kbar u jirriflettu fuq dak li d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet jista’ jikkontribwixxi għalledukazzjoni.
L-attivitajiet interġenerazzjonali jagħtu rwol attiv lill-kbar li qed jieħdu sehem. Dawn jerġgħu jsibu l-istat tagħhom billi jkomplu jipparteċipaw f’ħajja attiva, jintegraw ruħhom fi proġetti ċiviċi u kulturali u jħossu li għandhom x’joffru meta jkunu f’kuntatt maż-żgħażagħ. Magħhom jaqsmu l-ħajja ta’ kuljum sabiex ikun hemm ko-eżistenza aħjar bejn il-ġenerazzjonijiet fis-soċjetà.
Għaliex proġett interġenerazzjonali fl-iskola? • Il-ħolqien mill-ġdid tar-rabta interġenerazzjonali jwassal għall-promozzjoni tal-komprensjoni u tarrispett bejn il-ġenerazzjonijiet. • Jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħiliet individwali għal soċjetà iktar inklussiva. • Bid-djalogu interġenerazzjonali, inħeġġu l-kollaborazzjoni reċiproka: il-ġenerazzjonijiet jitgħallmu mingħand xulxin. • L-iskambju interġenerazzjonali jġib ‘il quddiem b’mod sinifikanti s-solidarjetà u ċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u jsaħħaħ il-kwalità tattagħlim.
1/2
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
Il-ħolqien mill-ġdid tal-iskambju interġenerazzjonali fl-iskejjel isaħħaħ viżjoni pożittiva tat-tixjiħ fost l-istudenti. Meta niftħu l-bibien tal-iskejjel għall-anzjani li jixtiequ jkollhom sehem sħiħ fil-ħajja tas-soċjetà, iwessgħu l-opportunitajiet professjonali tagħhom u jaqsmu l-ħajja tagħhom mal-oħrajn, inkunu qed insaħħu l-ideat pożittivi u ta’ kuraġġ dwar l-istadji tal-ħajja filġejjieni.
© P.A.U. Education / Col.legi Miró, Barcelona
Inħeġġu d-djalogu bejn l-istudenti u l-kbar
Id-dimensjoni edukattiva tal-proġett generations@school Ngħixu flimkien Meta jitħalltu ma’ persuni anzjani, it-tfal jitgħallmu x’ifissru r-responsabbiltà, il-ġenerożità, is-solidarjetà u jsiru iktar tolleranti. Billi japplikaw il-kunċetti ta’ tagħlim reċiproku u esperimentazzjoni kollettiva, jitgħallmu l-għajnuna u r-rispett reċiproċi. L-istudent jiżviluppa ħiliet soċjali u ċiviċi.
Involviment qawwi tal-istudenti L-iskoperta u l-għaqda reċiproċi bejn it-tfal u l-persuni anzjani għandhom effett pożittiv fuq l-attitudni lejn l-iskola, kemm fuq l-imġiba tal-istudenti kif ukoll fuq linvolviment tagħhom fix-xogħol. Huma jiġu ggwidati jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-ħidma fi grupp.
Nifhmu ż-żmien tal-istorja Meta l-iskola jsiru sensittivi għal kif tiżvolġi l-età fil-ħajja u għar-realtajiet tax-xjuħija, it-tfal ikollhom perċezzjoni aħjar tal-kunċett taż-żmien u jiksbu punti ta’ riferiment konkreti biex jifhmu iż-żmien u l-istorja. Dan is-sens profond tażżmien personali, f’relazzjoni maż-żminijiet storiċi u soċjali
gene
ra tio
n
ch s@s
o ol
differenti, huwa mod ta’ kif nifhmu xi jfisser tikber u tixjiħ kif ukoll il-kunċetti taż-żgħożija u tax-xjuħija.
Nibnu l-identità tagħna Min-naħa l-oħra, permezz tat-trażmissjoni tal-memorja, iż-żgħażagħ jirtu l-istorja ta’ dawk li ġew qabilhom u b’hekk jistgħu jibnu aħjar l-individwalità tagħhom. Billi jistabbilixxu r-rabta bejn il-memorja u l-istorja u jkunu xhieda ta’ ħajja twila, l-anzjani jagħtu mhux biss id-dimensjoni tal-passat liż-żgħażagħ iżda wkoll dik talġejjieni.
Ħakma tal-lingwa L-esperjenza fl-iskejjel turi li l-ħidma interġenerazzjonali tiffaċilita l-ħakma tal-lingwa miktuba u orali. L-għalliema osservaw progress sinifikanti kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħidma tal-istudenti kif ukoll fit-tagħlim. Motivati mix-xogħol imwettaq mal-anzjani, l-istudenti jitgħaxxqu jiktbu dak li jgħaddu minnu u jieħdu gost jibagħtulhom l-ittri jew ikellmuhom permezz ta’ emails jew Skype (min-naħa l-oħra, il-kbar iħossuhom imħeġġa biex jesploraw modi ġodda ta’ komunikazzjoni marbuta mat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni!). L-istudent jiżviluppa ħiliet fil-komunikazzjoni, fil-prestazzjoni u fid-dokumentazzjoni biex jispjega r-riżultati li joħorġu minn dawn id-djalogi.
Carole Gadet, esperta fil-proġetti interġenerazzjonali: responsabbli mill-assoċjazzjoni Ensemble Demain (www.ensembledemain.com) kif ukoll responsabbli mill-istudji u l-proġetti interġenerazzjonali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni nazzjonali – Franza.
2/2
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
1
L-IMPORTANZA LI TAĦDEM MA’ ĠENERAZZJONIJIET DIFFERENTI FIL-KLASSI