l
hl o cs
gene
ns o i t a r io gene r a t
o cho
@s
s@ n
2
KIF TWAQQAF IL-PROĠETT INTERĠENERAZZJONALI TIEGĦEK
Biex twaqqaf proġett interġenerazzjonali mal-istudenti minn 6 sa 12-il sena għall-Jum Ewropew għas-solidarjetà u għall-ko-operazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet fid-29 ta’ April 2012, nissuġġerulek timxi ma’ dan li ġej.
Nirriflettu fuq il-kunċetti “nikbru” u “nixjieħu” mat-tfal
Żomm f’moħħok Kultant ċerti tfal jaraw rabta mal-familja tagħhom, iżda ħafna ma jħossux affinità mal-antenati tagħhom: fil-fatt ċerti tfal fl-iskejjel huma mifrudin mill-familja tagħhom, kultant mill-ġenituri tagħhom u fuq kollox min-nanniet tagħhom.
Il-kbar spiss ikollhom preġudizzji u “biżgħat” meta jaħsbu fuq ix-xjuħija filwaqt illi t-tfal ma jibżgħu xejn mix-xjuħija u d-diżabilità. Il-biżgħat li joħorġu huma dawk li jġarrbu l-kbar innifishom meta jħabbtu wiċċhom max-xjuħija u mal-esperjenzi li jkunu ġarrbu.
Uħud jesprimu dan in-nuqqas u l-affezzjoni tagħhom mal-persuni li jiltaqgħu magħhom.
Attivitajiet ta’ riflessjoni qabel iż-żjara tal-kbar
• Nirriflettu fuq il-ġejjieni tagħna: Naf fejn sejjer; l-istudent jimmarka jew ipinġi l-avvenimenti importanti
ta’ ħajtu, mit-twelid sal-età li għandu l-istudent issa, imbagħad jimmaġina l-avvenimenti importanti fil-ġejjieni tiegħu: studju, avvenimenti familjari, passatempi, sa liema età se jgħix (fakultattiva). • Nirriflettu fuq attivitajiet komuni: X’nistgħu nagħmlu flimkien? (eż., diskussjoni dwar in-nanniet tal-istudenti jew il-persuni anzjani li jkunu jafu l-istudenti. Iddiskussjoni tista’ tiffoka fuq dak li jixtiequ jitgħallmu mill-kbar u dak li jixtiequ jagħmlu magħhom) (fakultattiva). • Nirriflettu fuqna u fuq l-oħrajn: Nitgħallmu nippreżentaw irwieħna għall-miġja tal-kbar (fakultattiva). • Niskopru l-persuni mistiedna: X’nixtieq inkun naf millpersuni anzjani li ġejjin iżuruna fil-klassi? (eż., noħolqu kwestjonarju biex insiru nafu lill-persuni anzjani, dak li jħobbu, il-passatempi tagħhom, ix-xogħol li kellhom qabel, l-iskola fi żmienhom, l-iskola kif inhi llum, il-familji tagħhom…) (nirrakkomandawha).
1/4
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
• Nirriflettu fuq l-identità tagħna: Naf minn fejn ġej (eż. Xogħol fuq l-arblu tar-razza, tpenġija tal-familja jew tfittxija fuq l-antenati) (fakultattiva).
2
KIF TWAQQAF IL-PROĠETT INTERĠENERAZZJONALI TIEGĦEK
gene
Nagħżlu l-kbar għall-proġett generations@school L-għalliema jistgħu jfasslu l-proġett generations@school tagħhom flimkien ma’ istituzzjonijiet għall-persuni anzjani, assoċjazzjonijiet għall-pensjonanti, persuni anzjani li qegħdin weħedhom iżda wkoll man-nanniet tal-istudenti tagħhom… L-għażla ssir skont l-attivitajiet li se jsiru.
ra tio
n
ch s@s
o ol
Jekk nagħżlu istituzzjoni għall-persuni anzjani, dar talanzjani, jew klabb tat-tielet età, dan m’għandux ikun ‘il bogħod mill-iskola. Nikkuntattjaw lid-direttur jew l-animatur biex nistabbilixxu flimkien il-laboratorji tal-attivitajiet meta jiġu l-kbar fil-klassi. Jekk se nsejħu xi assoċjazzjoni jew lill-persuni anzjani li qegħdin weħedhom, għandna ninfurmaw ruħna minn qabel dwar l-attivitajiet tagħhom u niżguraw li jkunu kapaċi jieħdu sehem fil-proġett.
Attività fil-klassi: niktbu invit għall-persuni anzjani Għan Stedina
Destinatarji Persuni anzjani
Għamla tal-kitba Invit
L-ewwel stadju: tfassil tal-proġett • Il-proġett generations@school u l-jum li fih se jiġu mistiedna l-kbar jiġu ppreżentati lill-istudenti. • L-istudenti jiġu mistiedna jagħtu l-ideat tagħhom biex isiru l-inviti waqt li jżommu f’moħħhom dawk li jkunu diġà raw (stedina għal għeluq snin xi ħadd…). • L-għalliem jieħu nota tas-suġġerimenti kollha biex isir l-invit u l-istudenti jiddeċiedu fuq liema ideat se jaħdmu.
It-tieni stadju: tfassil tal-kitba • L-għalliem ifakkar lill-istudenti fl-ideat li se jinkitbu fuq l-invit. B’dawn l-ideat f’moħħhom l-istudenti jagħżlu xi stampi adattati minn fost dawk li jagħtihom l-għalliem. • Jippruvaw ifasslu format fi gruppi ta’ tlieta. Dawk li jkunu differenti jiġu ppreżentati filklassi biex kulħadd jagħti s-suġġerimenti tiegħu; jiġu spjegati l-kriterji li ntużaw biex jitfassal il-format b’suċċess.
It-tielet stadju: tfassil tal-format • It-tfal jiddettaw f’liema ordni se tinkiteb l-informazzjoni fuq l-invit u jipproponu format għall-kitba u għall-istampi lill-għalliem.
2/4
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
• Dan ix-xogħol jista’ jitwettaq bil-miktub jew permezz ta’ laboratorju bil-kompjuter.
2
KIF TWAQQAF IL-PROĠETT INTERĠENERAZZJONALI TIEGĦEK
gene
ra tio
n
ch s@s
o ol
Eżempju ta’ ittra miktuba mill-istudenti 10 ta’ April 2012 Marie Lewis, Għalliema tal-klassi Tel. ________ Għeżież membri tal-assoċjazzjoni għall-pensjonanti ta’ ____, Fl-iskola tagħna qed inwettqu proġett jismu generations@school. Huwa proġett Ewropew li jagħtina l-opportunità nikkuntattjaw skejjel oħrajn u naqsmu magħhom dak li qed nagħmlu fil-klassi. Tixtieq tgħinna nwettqu dan il-proġett? Huwa jikkonsisti fi djalogu fil-klassi ma’ persuni anzjani u ħsibna li inti tkun tixtieq tiġi fl-iskola tagħna u titħaddet magħna. Aħna ħejjejna xi mistoqsijiet għalik u inti min-naħa tiegħek trid tħejji kwestjonarju. Aħna nixtiequ nkunu nafu xi tfisser tixjieħ kif ukoll x’inhuma l-attivitajiet favoriti tiegħek u dak li tħobb tagħmel. Nixtiequ wkoll nitgħallmu iktar fuq it-tfulija tiegħek u fuq kif kienet il-ħajja tiegħek qabel u kif inhi llum. Jekk għandek xi ritratti, bħal ngħidu aħna ta’ meta kont żgħira/żgħir, xi ġugarelli jew xi oġġetti li qegħdin għal qalbek, xi logħob u xi kanzunetti li jirrakkontaw l-istorja tiegħek u li jgħallmuna ħafna dwar il-passat, jekk jogħġbok ġibhom miegħek. Dan jagħtina ċ-ċans li niskopru epoka differenti minn tagħna. Jekk tixtieq iktar informazzjoni u jekk tixtieq tiltaqa’ magħna, tista’ tikkuntattja l-għalliem/a tagħna jew l-iskola biex tiftiehem dwar meta u x’ħin ikun l-aħjar għalik. Jekk tiġi nkunu nistgħu nieħdu t-té flimkien. Tista’ tkun magħna fil-ġimgħa bejn it-23 u s-27 ta’ April?
3/4
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
Grazzi ! Dejjem tiegħek, Il-Klassi CM2 B Skola _______________, ___
Inħejju lill-anzjani biex jipparteċipaw fil-klassi Meta jsir il-kuntatt mal-kbar, l-għalliem irid jispjega x’jinvolvi d-djalogu fil-klassi: diskussjonijiet ħielsa fejn l-importanti hu li naqsmu l-ideat. Il-persuna li tkun ġiet mistiedna għall-proġett generations@school trid tkun lesta li taqsam magħna l-ħajja li kellha qabel u dik t’issa b’mod informali u rilassat. L-għalliem se jkun dejjem hemm biex imexxi d-djalogu. L-għalliem jispjega minn qabel lill-persuna anzjana dwar kif se tiżviluppa s-sessjoni, dwar x’inhu mistenni millparteċipazzjoni tagħha, kif ukoll x’inhu s-suġġett li se jkun il-qofol tad-djalogu: X’ifisser tixjieħ? X’nistgħu nitgħallmu mingħand xulxin? X’nistgħu nagħmlu flimkien? L-għalliema jistgħu jsaqsu lill-kbar li jiġu mistiedna fil-klassi sabiex iġibu magħhom xi ritratti tagħhom ta’
gene
ra tio
n
ch s@s
o ol
Żomm f’moħħok Ħejji tikketti bl-ismijiet tal-istudenti ħalli l-komunikazzjoni tkun iktar faċli bejn dawk li se jkunu preżenti. meta kienu tfal, tal-iskola tagħhom, kif ukoll xi ritratti riċenti tal-attivitajiet favoriti tagħhom, tax-xogħol u l-professjoni tagħhom, ta’ affarjiet li jħobbu jieklu, talpassatempi tagħhom jew ta’ xi elementi minn ħajjithom li dwarhom jixtiequ jitħaddtu mal-istudenti. Dan il-materjal se jagħti bidu għat-taħdit bejn l-istudenti u l-kbar. Carole Gadet, esperta fil-proġetti interġenerazzjonali: responsabbli millassoċjazzjoni Ensemble Demain (www.ensembledemain.com) kif ukoll responsabbli mill-istudji u l-proġetti interġenerazzjonali fil-Ministeru talEdukazzjoni nazzjonali – Franza.
4/4
www.active-ageing-2012.eu
© European Commission, 2012.
2
KIF TWAQQAF IL-PROĠETT INTERĠENERAZZJONALI TIEGĦEK