Resource 4 MT

Report 6 Downloads 134 Views
l

hl o cs

gene

ns o i t a r io gene r a t

o cho

@s

s@ n

4

ATTIVITÀ SUPPLIMENTARI

Wieħed mill-varjanti tal-proġett generations@school fl-iskejjel huwa li flimkien niżviluppaw l-inizjattiva ma’ skola Ewropea.

Proġett interġenerazzjonali kollaborattiv bejn l-iskejjel Ewropej Biex iseħħ dan, fil-qafas tas-Sena Ewropea 2012, il-programm edukattiv Ewropew eTwinning jagħtik opportunità li tagħmel kuntatt b’mod elettroniku mal-iskejjel Ewropej li jixtiequ jagħmlu skambju fuq il-proġetti interġenerazzjonali. Is-sit www.etwinning.net jagħti opportunità lill-iskejjel Ewropej biex jirreġistraw fuq database u jfittxu l-iskejjel li bl-iktar mod preċiż possibbli jikkorrispondu għattiftix tagħhom, sabiex jistabbilixxu s-sħab edukattivi, interdixxiplinari u b’dimensjoni Ewropea, ibbażati fuq it-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni għattagħlim kif ukoll it-tagħlim tal-lingwi biex jiġu żviluppati l-iskambji internazzjonali.

Nipproponulek tuża din il-bażi biex twaqqaf proġetti edukattivi ffukati fuq id-djalogu interġenerazzjonali u interkulturali.

Għanijiet għall-istudenti • Niżviluppaw id-djalogu madwar is-solidarjetà interġenerazzjonali. • Niżviluppaw l-użu li għandhom tal-kompjuter u tal-internet.  • Nedukaw lit-tfal biex ikunu kurjużi dwar kulturi u lingwi oħrajn.

• Niżviluppaw il-possibiltà li nitgħallmu flimkien, naqsmu flimkien il-fehmiet u l-għarfien tagħna. • Niffurmaw lit-tfal li jiktbu.

1/2

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

• Inħeġġu s-sensittività tagħna għal ċittadinanza fl-Ewropa li fiha tiġi integrata r-rikkezza lingwistika u kulturali.

4

ATTIVITÀ SUPPLIMENTARI

gene

ra tio

n

ch s@s

o ol

Kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni possibbli Wara l-Jum Ewropew, tista’ tidentifika skola li laqgħet lill-kbar għall-Jum Ewropew fuq is-sit eTwinning u flimkien malistudenti tiegħek tħejji kwestjonarju biex taqsmuh ma’ klassi tal-istess livell: • L-ewwel skambju bejn klassi u oħra jiġi mniedi biex jintroduċi l-proġett: preżentazzjonijiet tal-iskejjel, tal-klassijiet u talistudenti. • Wara, jiġi żviluppat skambju fuq ir-rabta interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-antenati tagħhom permezz ta’ djalogu interġenerazzjonali: nitkellmu fuq il-Jum Ewropew u fuq il-proġetti li bdew fil-klassi wara l-laqgħa mal-persuni anzjani.

Żomm f’moħħok kummiedja mużikali, żfin, kant, xogħol fil-ġnien, xjenza…

• Il-proġetti ta’ azzjonijiet ċittadini fejn il-klassijiet jaħdmu fi sħab mal-kbar, mal-assoċjazzjonijiet u d-djar għall-persuni anzjani.

• Proġetti fuq il-parimonju, proġetti li jibdew mixxhieda ta’ persuni li għexu avvenimenti tal-ħajja storiċi u mhux tas-soltu (b’mod parallel maddokumenti fl-Istorja)…

• Proġetti interkulturali u interġenerazzjonali: qari, rakkonti ta’ stejjer, teatru, poeżija/slam,

• Proġetti ta’ skambju internazzjonali bejn il-klassijiet impenjati fil-proġetti interġenerazzjonali.

Carole Gadet, esperta fil-proġetti interġenerazzjonali: responsabbli mill-assoċjazzjoni Ensemble Demain (www.ensembledemain.com) kif ukoll responsabbli mill-istudji u l-proġetti interġenerazzjonali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni nazzjonali – Franza.

2/2

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

L-għalliema jistgħu joħolqu proġetti interġenerazzjonali fil-klassi tagħhom: