Resource 3 MT

Report 9 Downloads 78 Views
l

hl o cs

gene

ns o i t a r io gene r a t

o cho

@s

s@ n

3

KIF TMEXXI S-SESSJONI TAL-KLASSI TIEGĦEK

Nistgħu noħolqu mill-ġdid rabtiet interġenerazzjonali reali billi noħolqu attivitajiet fejn it-tfal u l-anzjani se jkunu fl-istess post biex jitgħallmu u jaqsmu l-esperjenzi bejniethom.

Il-kbar jagħmlu żjara ta’ siegħa fil-klassi

Għanijiet ġenerali Jekk iddaħħal l-approċċ interġenerazzjonali fl-attività ta’ tagħlim tiegħek tkun qed tħaddem bosta setturi ta’ għarfien u ta’ kompetenzi:

Għanijiet tal-laqgħa generations@school L-għalliem għandu jistabbilixxi programm ċar għallmiġja tal-pensjonanti fil-klassi, b’għanijiet pedagoġiċi speċifiċi għal waqt it-taħdita. Jekk il-proġett ikun aktar importanti u jmur lil hinn mil-laqgħa tal-persuni anzjani fil-Jum Ewropew, jista’ jsir monitoraġġ tal-attivitajiet u evalwazzjoni wara kull waħda.

• Il-kompetenzi soċjali u ċiviċi: insaħħu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u niġġieldu kontra l-inċiviltajiet u l-vjolenza fl-iskejjel bl-impenn ċiviku.

• Il-kompetenzi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni: nagħtu opportunitajiet reali, inediti u rari, ta’ komunikazzjoni lill-interlokuturi li mhumiex midħla tal-iskola (il-“kbar”). Nużaw midja (ritratti) diversi kif ukoll it-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni (is-sit tal-proġett għall-iskambju tar-riżultati). Proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn.

© P.A.U. Education / Col.legi Miró, Barcelona

• L-iżvilupp ta’ kultura umanista: mil-laqgħa, fl-iskola jew fir-raħal/belt, ta’ ġenerazzjonijiet oħrajn, millkonfrontazzjoni ta’ esperjenzi ta’ issa u tal-bieraħ, l-istudent jitgħallem jagħraf isib lilu nnifsu fiż-żmien. Meta jiskopri postijiet u spazji oħrajn, ikun qed jiskopri l-ambjent madwaru u jadatta għalih.

• It-twettiq ta’ azzjonijiet b’referenza artistika, estetika jew espressiva: l-istudent jitg ħallem joħloq u jwettaq laboratorji, wirjiet u jikkollabora ma’ sħab oħrajn.

Tinsiex tieħu r-ritratti tal-laqgħa. Il-materjal li jirriżulta (tpinġijiet, kwestjonarji, albums…) ma jkunx biss mod ta’ kif jiġi dokumentat id-djalogu interġenerazzjonali, iżda wkoll mezz ta’ kif taqsam ma’ skejjel Ewropej oħrajn dak li jkun sar fl-iskola tiegħek u biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni generations@school.

1/5

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

Żomm f’moħħok

3

KIF TMEXXI S-SESSJONI TAL-KLASSI TIEGĦEK

gene

ra tio

n

ch s@s

o ol

Għanijiet speċifiċi 1 Nitgħallmu nartikulaw esperjenza personali u osservazzjoni soċjali fil-forom orali u miktuba. 2 Nitgħallmu naħdmu fil-qafas ta’ grupp. 3 Nitgħallmu l-istorja bħala proċess ħaj u li jibqa’. 4 Nitgħallmu niżviluppaw u niddokumentaw ir-riżultati tal-iskambju interġenerazzjonali. 5 Nitħaddtu (b’mod ħieles u pjaċevoli) dwar il-kunċetti tat-tixjieħ attiv u ta’ solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. 6 Nesprimu l-perċezzjonijiet li għandhom l-istudenti fuq l-anzjani u dawk li għandhom l-anzjani fuq it-tfal. 7 Niżviluppaw biċċa xogħol (tpinġija/kitba) billi nuru l-importanza tar-rabta interġenerazzjonali biex flimkien nibnu

soċjetà b’koeżistenza aħjar.

Arranġamenti prattiċi

2/5

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

• Jekk tilqa’ minn 1 sa 5 persuni anzjani: Ara minn qabel li fis-sessjoni l-kbar se jkunu quddiem il-bord, fuq siġġijiet komdi u jħarsu lejn l-istudenti. • Jekk tilqa’ grupp ta’ minn 6 sa 12-il persuna: Preżentazzjoni ġenerali tal-persuni anzjani imbagħad ikun hemm ix-xogħol fi gruppi li jkunu ffurmati skont in-numru ta’ studenti fil-klassi tiegħek.

3

KIF TMEXXI S-SESSJONI TAL-KLASSI TIEGĦEK

gene

ra tio

n

Żvilupp tas-sessjoni

ch s@s

o ol

(siegħa)

Introduzzjoni

(10 min)

• Is-sessjoni tista’ tibda b’xi kanzunetta, taqbila tat-tfal jew poeżija ta’ merħba miktubin mill-istudenti. • L-istudenti u l-persuni anzjani jippreżentaw irwieħhom u jagħtu isimhom, kunjomhom u l-età tagħhom biex isiru jafu lil xulxin. • Jekk il-persuna anzjana hija membru tal-familja ta’ xi ħadd mill-istudenti fil-klassi, dawn jistgħu jippreżentawha huma. • L-għalliem jintroduċi s-suġġett u jitlob lill-istudenti jiffurmaw il-gruppi li fihom se jiġu integrati l-persuni anzjani.

Djalogu fi gruppi

(30 min)

Tista’ tħejji minn qabel l-attivitajiet proposti hawn taħt f’forma ta’ laboratorji ta’ minn 4 sa 5 studenti u persuna anzjana waħda jew iktar f’ħin mogħti; il-persuni anzjani kollha jieħdu sehem f’laboratorji differenti. Anke jekk se nindirizzaw il-passat, huwa importanti li l-kwotidjanità tibqa’ preżenti u li proġetti komuni jiġu żviluppati bejn il-kbar u ż-żgħażagħ biex niffavorixxu t-tixjieħ attiv tal-kbar u t-tlaqqigħ flimkien tal-ġenerazzjonijiet. Id-djalogu jista’ jiġi mmexxi mill-istudenti minn qabel (ara Riżors 2). Il-persuni anzjani jistgħu jużaw ukoll l-album tar-ritratti tagħhom u jibbażaw fuq il-kunċett ta’ xi jfisser tikber u tixjieħ kif ukoll fuq il-kwestjonarji tagħhom biex jaqrawhom fil-klassi. B’hekk jingħata bidu għad-dibattiti. Nipproponilek il-mistoqsijiet li ġejjin biex jiġi stimolat id-djalogu bejn l-istudenti u l-kbar:

Nindirizzaw il-kunċett ta’ li tikber u tixjieħ • X’inhi d-differenza bejn tifel u adult? • Kif nagħrfu li persuna tkun żagħżugħa? persuna anzjana? (nitkellmu fuq il-wiċċ, fuq il-ġisem li jinbidel…).

• Xi jħobbu jagħmlu t-tfal? U l-persuni anzjani? X’jistgħu jagħmlu flimkien?

• X’inhuma “l-affarjiet” li l-persuni anzjani jafu jagħmlu ħafna? © P.A.U. Education / Col.legi Miró, Barcelona

• Liema huma l-attivitajiet favoriti ta’ kulħadd? L-ikel favorit tagħhom? L-ikel li ma jħobbux? Il-kuluri u l-logħob favorit? eċċ. – għall-kbar: inqabblu l-passat mal-preżent.

• X’kienu joħolmu li se jsiru l-persuni anzjani meta kienu żgħar? X’joħolmu li se jsiru t-tfal meta jikbru?

Nindirizzaw il-kunċett: Tar-rispett, tal-awtonomija, tad-diżabilità, tal-mard, tal-għajnuna reċiproka, tassolidarjetà Kif jgħixu l-ħajja ta’ kuljum il-kbar u ż-żgħar? X’faċilitajiet u x’diffikultajiet għandhom? Iġarrbu ferħ jew problemi? X’tista’ tagħmel meta tkun persuna anzjana u x’ma tistax tagħmel meta tkun għadek żgħir? X’jista’ jiġrilha persuna li hija anzjana ħafna? Kif nistgħu ngħinu persuna anzjana fit-triq? Kif jistgħu l-persuni anzjani jgħinu lit-tfal? Liema attivitajiet tixtieq tagħmel mal-persuni anzjani?

3/5

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

• • • • • •

3

KIF TMEXXI S-SESSJONI TAL-KLASSI TIEGĦEK

gene

ra tio

n

ch s@s

o ol

Nindirizzaw il-kunċett ta’ linja tal-ħajja L-għalliema jistgħu jħejju kalendarju kronoloġiku għall-miġja tal-kbar u jaħdmu fuq iż-żmien li jsir storja skont id-dati tattwelid tal-persuni anzjani, filwaqt li toħroġ id-differenza bejn il-passat, il-preżent u l-ġejjieni. • Kienet l-istess l-iskola, meta l-persuni anzjani kienu tfal? Nitkellmu fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, fuq it-trasport, fuq il-passatempi, fuq l-iskola, fuq id-dar, fuq il-valuri… • L-istudenti jistgħu jitħaddtu fuq ix-xogħol li għamlu fuq il-linja tal-ħajja tagħhom (Ara Riżors 2), b’mod partikulari dwar x’jaħsbu fuq il-ġejjieni personali tagħhom. Meta jiskambjaw il-mod ta’ kif jimmaġinaw l-avvenimenti importanti fil-ġejjieni tagħhom mal-persuni anzjani (studju, avvenimenti familjari, passatempi, sa liema età se jgħixu) l-istudenti jkunu qed jarrikkixxu rwieħhom ħafna.

Niġbru l-ideat

(10 min)

L-istudenti jiġbru fil-qosor l-elementi diskussi mal-kbar u jfasslu l-konklużjonijiet tagħhom.

Konklużjoni

(10 min)

Il-konklużjonijiet li joħorġu mid-djalogi mibdijin fil-klassi matul il-proġett generations@school, iwasslu biex: 1 Jenfasizzaw viżjoni inkuraġġanti fuq l-istadji tal-ħajja fil-ġejjieni. 2 Jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-perċezzjonijiet pożittivi dwar it-tixjieħ fost l-istudenti. 3 Isaħħu l-idea tal-ħtieġa għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Skont it-temi magħżula għat-taħdita u l-ħin disponibbli, nistgħu nispiċċaw is-sessjoni b’attività li nistgħu nagħmlu flimkien: nieħdu t-tè, nilagħbu logħba fuq bord, nagħmlu xogħol ta’ artiġjanat (kulħadd jagħżel l-attività li jrid u jagħmilha flimkien mal-persuni anzjani). Eżempji ta’ frażijiet biex jispiċċaw bihom flimkien (studenti – kbar) bħala għeluq: Għadni żgħir wisq biex… / Jiena daqsxejn kbir biex… / Jiena kbir wisq biex… / Jiena xiħ wisq biex… / Jiena għadni żagħżugħ wisq biex… Is-sessjoni għandha tintemm b’ringrazzjament ġenerali lill-persuni anzjani talli ħadu sehem.

uc ation / Co

l.legi Miró,

Barcelona

© P. A .U.

Educ a t

ion

e gi / C ol.l

Mir ó

, Ba

r ce

lon

a

4/5

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

© P.A .U. Ed

3

KIF TMEXXI S-SESSJONI TAL-KLASSI TIEGĦEK

gene

ra tio

n

ch s@s

o ol

Xogħol tal-aħħar: riżultati tal-proġett generations@school L-istudenti jpinġu jew jiktbu xi ħaġa biex jesprimu l-impressjonijiet tagħhom fuq il-persuna anzjana li jkunu ddiskutew magħha. Dan, kif ukoll l-istadju li jmiss, jista’ jsir mal-kbar jew f’sessjoni aktar tard fil-klassi. L-istampi kif ukoll ir-ritratti tal-laqgħa se jitqassmu ma’ skejjel Ewropej oħrajn fis-sit tal-Grupp Panoramio generations@ school. Ara d-dokument “Biex tissieħeb mal-grupp Panoramio generations@school” biex jgħinek taqsam ir-riżultati. Filwaqt illi taqsam mal-oħrajn il-konklużjonijiet tiegħek, l-iskola tiegħek tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ generations@ school u tista’ tirbaħ il-premju għall-aqwa inizjattiva għad-djalogu interġenerazzjonali fil-pajjiż tiegħek.

X’se nagħmlu aktar?: Wara l-laqgħa

• Irrakkonta ż-żjara tal-persuni anzjani fil-klassi. • Pinġi tifel jew tifla, adult żagħżugħ, adult li kiber, persuna anzjana u agħti l-età tal-persuni li pinġejt. • Pinġi dak li tgħallimt mix-xhieda tal-persuni anzjani…

• Kompli l-frażijiet li ġejjin: – T ikber ifisser…, Tixjieħ ifisser… – S a liema età tista’ tkompli bl-isport? tuża l-kompjuter? tiżżewweġ? Tirbaħ turnew kbir tat-tennis bħal Roland-Garros? Tinvolvi ruħek fil-politika? … • Wara l-miġja tal-persuni anzjani fl-iskola, jistgħu jiġu proposti kompetizzjonijiet ta’ tpinġija, poeżiji, kartuns jew proża dwar it-temi li ddiskutejna fit-taħdita.

Carole Gadet, esperta fil-proġetti interġenerazzjonali: responsabbli mill-assoċjazzjoni Ensemble Demain (www.ensembledemain.com) kif ukoll responsabbli millistudji u l-proġetti interġenerazzjonali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni nazzjonali – Franza.

5/5

www.active-ageing-2012.eu

© European Commission, 2012.

Jekk tixtieq tagħmel aktar, ara dawn l-eżempji ta’ xi attivitajiet: